Rugby Sport

Partita mill-isbaħ bejn Wales u Fiji

(Ritratt: EPA)

Wales…….32

Fiji…………26

Fl-aktar partita mistennija, Wales għelbu lil Fiji 32-26. Bidu mill-aktar bilanċjat hekk kif l-ewwel taqsima ntemmet 18-14 favur Wales. It-tieni taqsima kompliet bl-istess mod bit-tim tal-Fiji ikun żvinturat li lejn it-tmiem ma jwettaqx rimonta ndimentikabbli iżda r-resiżtenza ta’ Wales wasslet għal rebħa importanti.

Afrika t’Isfel…………….18

Skozja……………………….3

L-Afrika t’Isfel bdew jiddefendu t-titlu tagħhom b’rebħa b’saħħitha fuq l-Iskozja bl-iskor ta’ 18-3. Minkejja l-bidu nkoraġġanti minn naħa tat-tim Skoċċiż żewġ tries fi ftit minuti dawru l-partita favur l-Afrika t’Isfel fejn iddominaw sat-tmiem.

L-Afrika t’Isfel kienu fortunati li ma sfawx jilagħbu bi plejer anqas meta Jesse Kriel kellu potenzjalment jintwera l-karta l-ħamra wara daħla kerha. L-Iskozja fil-partita li jmiss jilagħbu kontra t-Tonga filwaqt li l-Afrika t’Isfel jilagħbu kontra r-Rumanija.

Ġappun…………42

Ċile…………………12

Id-debuttanti f’din it-Tazza tad-Dinja, iċ-Ċile bdew l-impenji tagħhom b’telfa ta’ 42-12 kontra l-Ġappun. Bidu pożittiv minn naħa taċ-Ċile hekk kif marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita iżda l-Ġappun irnexxielhom jieħdu l-kontroll sa tmiem l-ewwel taqsima biex daħlu jistrieħu 21-7 biex fit-tieni taqsima komplew fejn ħallew u komplew ikabbru l-vantaġġ tagħhom.

Fil-partita li jmiss, iċ-Ċile jilagħbu kontra s-Samoa filwaqt li l-Ġappun jilagħbu kontra l-Ingilterra.