Kmieni is-Sibt filgħodu, għall-ħabta ta’ 00:30am, ġuvni u tfajla ntlaqtu minn karozza fi Triq is-Santwarju f’Ħaż Żabbar.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-ġuvni ta’ 25 sena residenti ż-Żejtun u tfajla ta’ 24 sena residenti Ħaż Żabbar ntlaqtu minn karozza tal-għamla Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti Birżebbuġa.
Madanakollu, isejjaħ tim mediku fuq l-post, fejn ambulanza ħadet liż-żewġ vittmi l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-ġuvni ta’ 25 sena, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li t-tfajla ġiet ċċertifikata li għandha ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.
//= $special ?>