Futbol Sport

Rebħa kruċjali għad-Danimarka fi Grupp H

(Ritratt: EPA)

Rebħa importanti lejn il-kwalifikazzjoni minn Grupp H għad-Danimarka meta f’konfront dirett għelbu lil Finlandja 1-0. Il-gowl li ddeiċieda din il-partita wasal fit-86 minuta permezz tal-midfielder Pierre-Emile Hojbjerg.

Mill-istess grupp, il-Kazakhstan żammew il-pass mat-timijiet ta’ quddiem meta kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra l-Irlanda ta’ Fuq bil-gowl deċiżiv jasal wara biss 27 minuta permezz ta’ Maksim Samorodov.

Fi Grupp B, il-Greċja żammew it-tamiet tagħhom ta’ kwalifikazzjoni ħajjin meta għelbu lil Ġibiltà bl-iskor ta’ 5-0. Il-gowls kienu skorjati minn doppjetta ta’ Kostantinos Mavropanos u Giorgos Masouras u gowl ta’ Dimitris Pelkas .

L-Olanda wkoll kisbu rebħa importanti ta’ 2-1 kontra l-Irlanda. Kienu l-Irlanda li marru fil-vantaġġ permezz ta’ penalty ta’ Adam Idah, iżda penalty ta’ Gody Gakpo u gowl fit-tieni taqsima ta’ Wout Weghorst dawru l-partita favur l-Olanda.

Fi Grupp E, rebħa importanti għall-Albanija biex b’hekk saħħew posthom fil-quċċata tal-grupp wara li għelbu lill-Polonja 2-0. Il-gowls kienu skorjati wieħed f’kull taqsima permezz ta’ Jasir Asani u Mirlind Daku.

Minn Grupp G, rebħa komda ta’ 3-1 għas-Serbja fuq il-Litwanja. Tlieta gowls ta’ Aleksandar Mitrovic taw vantaġġ ta’ 3-0 lis-Serbi sat-43 minuta biex Gytis Paulauskas naqqas l-iskor żewġ minuti wara.

FAŻI TA’ KWALIFIKAZZJONI: Illum: Greċja v Ġibilta 5-0, Irlanda v Olanda 1-2,Gżejjer Faroe v Moldova 0-1, Albanija v Polonja 2-0, Montenegro v Bulgarija 2-1, Litwanja v Serbja 1-3, Kazakhstan v Irlanda ta’ Fuq 1-0, Finlandja v Danimarka 0-1, San Marino v Slovenja 0-4 Għada: Armenja v Kroazja 6.00pm, Latvja v Wales 8.45pm, Iżlanda v Bosnija 8.45pm, Portugall v Lussemburgu 8.45pm, Slovakkja v Lichtenstein 8.45pm