Lokali

Robert Abela jispiċċa jbiddel kliemu

L-aħħar rivelazzjonijiet marbuta mal-frodi tal-benefiċċji soċjali, wasslu għal reazzjoni mill-Uffiċċju ta’ Kastilja… fejn jidher li issa l-Prim Ministru Robert Abela spiċċa jbiddel it-teknalità tal-kliem użati minnu dwar l-allegati nies involuti f’dan ir-racket ta’ frodi. 

Dan wara li ftit jiem ilu, Robert Abela tenna bl-iktar mod ċar li ma kien hemm ebda persuna – u allura hadd – mill-customer care ta’ Kastilja li idderiega lil xi ħadd biex iwettaq xi forma ta’ irregolarità.

Iżda issa, fl-istqarrija li ħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru l-Ħadd filgħodu, Abela kiteb dawn il-preċiżi kelmiet… ‘ma jirriżulta minn imkien li xi ħadd fil-customer care ta’ Kastilja ddirezzjona lil xi persuna biex jagħmel xi ħaġa li hija illegali.’ (show email)

Dan ifisser li bi kliemu, Abela qed jghid li sa issa, mill-investigazzjoni li saret u mix-xhieda li nstemgħet, ħadd mill-customer care ta’ Kastlja ma irrizulta li kien involut.

Fi kliem sempliċi… Abela b’mod indirettament mhux qed jeskludi li, mill-investigazzjoni li għadha għaddejja, u minn iktar xhieda li għadha trid tinstema’,  jista’ jkun li jirrizulta illi proprju l-uffiċċju tiegħu kien involut f’dan ir-racket ta’ frodi.

Dan hekk kif iktar ma jgħaddu granet, iktar persuni qed jitkellmu dwar kif kienu nies minn Kastilja li rreferewhom għand l-eks Deputat Laburista Silvio Grixti.

U quddiem dan kollu Abela qed jispiċċa idejh marbuta hekk kif ftit ftit qed toħroġ il-verita kollha ta’ kif il-Gvern kien involut f’dan is-serq ta’ miljuni ta’ ewro mill-poplu Malti.