Sewwieq ta’ mutur minn Birżebbuġa sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax u nofs fi Triq l-Annunzjata, Ħal Tarxien.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti Ħal Tarxien, u mutur Kymco misjuq minn raġel ta’ 29 sena.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>