Internazzjonali

TERREMOT MAROKK: Il-mejta jitilgħu għal 2,000 persuna

Ritratt: bbc news

Telgħu għal 2,000 il-vittmi kawża tat-terremot li seħħ il-Marokk, dan filwaqt li hemm madwar 1,4000 persuna midruba.

Dan it-terremot, li laqat il-pajjiż għall-ħabta tal-11pm tal-Ġimgħa filgħaxija kellu qawwa ta’ 6.8 fuq l-iskala Richter. U fost l-ibliet l-aktar milquta hemm il-belt turistika ta’ Marrakesh, bil-biża’ li numru ta’ turisti jistgħu ikunu fost il-vittmi.

Id-WHO qalet li iktar minn 300,000 qed jgħixu fiz-zoni li nlaqtu minn dan it-terremot, bit-48 siegħa li ġejjin mistennija jkunu kritiċi għal dawk li baqgħu ħajjin.

Dan huwa l-iktar terremot li qatel nies f’dawn l-aħħar 60 sena.

Intant, kaġun ta’ dan it-teremott bosta jinsabu mingħajr provvista tal-elettriku kif ukoll mingħajr internet. Waqt li diversi residenti f’Marrakesh qattgħu l-lejl reqdin fit-toroq minħabba l-biża’ ta’ terremot ieħor