Sport Sport Ieħor

Weightlifting: Tenisha Thornton fit-8 post fil-Kampjonati tad-Dinja

Il-weightlifter Tenishia Thornton, ħadet sehem b’suċċess fil-Kampjonat tad-Dinja tal-International Weightlifting Federation f’Riyadh, l-Arabja Sawdija, kompetizzjoni valida għal kwalifika għal Olimpijadi Parigi 2024.

Minkejja li Tenishia Thornton kienet waħda mill-iżgħar atleti fil-kompetizzjoni, kellha riżultati mill-aqwa. Impressjonanti fis-Snatch fejn kellha tlett refgħat validi fejn bdiet b’79 kg ,telgħet għal 81kg u għalqet bi 83kg. Dawn il-refgħat poġġewha fis- 7 pożizzjoni.

Fil-kategorija Clean and Jerk, Tenishia Thornton bdiet b’refgħa b’saħħita ta’ 100 kg. Hija kompliet isaħħaħ il pożizzjoni tagħha meta refgħet 103kg, biex temmmet fit-8 post fil-kategorija ġenerali u fil-grupp.

Thornton temmet qabel lifters mir-Renju Unit, Slovakkja, Venezwela, Portugall, Finlandja, Norveġja, Kroazja, Iżlanda, Arabja Sawdija, Kuwajt, Bożnja u Ħerzegovina,Kenja, Nepal u Uganda.

Wara dawn il-Kampjonati Tenishia Thornton tkompli t-taħriġ għal tliet avvenimenti oħra ta’ kwalifikazzjoni Olimpika li jinkludi t-Tazza tad-Dinja f’Doh f’Diċembru, Kampjonati Ewropej f’Antalya fi Frar 202, u l-avveniment finali ta’ kwalifika f’Phuket f’April 2024.