Lokali Qorti

Akkużat li aggredixxa raġel fil-festa tal-Ħamrun

Raġel ta’ 48 sena mill-Ħamrun ġie akkużat bi ġrieħi gravi b’rabta ma’ aggressjoni li seħħet fil-Ħamrun ix-xahar li għadda. L-Ispettur Sarah Kathleen Zerafa ressqet il-qorti lil Andrew Attard quddiem il-maġistrat Donatella Frendo Dimech it-Tnejn wara nofsinhar.

Attard, li qal li kien jieħu ħsieb iż-żwiemel, iżda bħalissa jinsab bla xogħol, wieġeb mhux ħati li kkaġuna ġrieħi gravi fuq Noel Mifsud Bonnici waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Gejtanu fit-13 ta’ Awwissu li għadda.

L-Ispettur Zerafa spjegat li Mifsud Bonnici kien qal lill-uffiċjali li kien attakkat, iżda ma setax jiġi interrogat dak il-ħin minħabba l-gravità tal-ġrieħi li kellu, u li kien jeħtieġ operazzjoni. Meta mistoqsi aktar tard dik il-ġimgħa, Mifsud Bonnici kien qal lill-pulizija li Attard kien attakkah flimkien ma’ raġel ieħor, u identifika wkoll numru ta’ individwi oħra li setgħu jitfgħu aktar dawl fuq l-assalt.

Attard ittieħed arrestat il-Ħadd meta mar jiffirma fl-għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun, hija qalet. L-avukat difensur Charles Merceica talab li Attard jingħata l-ħelsien mill-arrest. L-Ispettur Zerafa oġġezzjonat għat-talba għar-raġuni li xhieda kienu għadhom iridu jixhdu kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ fiduċja tal-imputat, li kellu kundanni preċedenti u kien diġà ħareġ bil-libertà proviżorja meta seħħ l-allegat inċident.

L-Avukat George Camilleri, li jirrappreżenta lil Mifsud Bonnici bħala parte civile, żied jgħid li l-investigazzjoni għadha għaddejja u numru ta’ suspettati għad iridu jiġu identifikati u mixlija dwar l-istess inċident. Il-qorti qalet li l-libertà proviżorja għandha tinżamm biex tiġi salvagwardjata l-integrità tal-każ.

Kontro-eżaminata minn Mercieca, l-Ispettur Zerafa kkonfermat li l-inċident kien seħħ kważi xahar ilu. Attard kien arrestat il-Ħadd fl-għassa u kien ta stqarrija li ċaħad l-involviment fil-ġlieda, qalet. Il-Qorti nnotat li l-istqarrija tiegħu wriet li Attard irrifjuta li jwieġeb ħafna mill-mistoqsijiet li sarulu waqt l-interrogazzjoni tiegħu.

Il-Qorti iddikjarat li għadd ta’ mistoqsijiet ta’ Dr. Mercieca għandhom jiġu njorati, u qalet li trid tisma’ biss dawk li jittrattaw il-merti tal-każ, li se jiġu ttrattati fi stadju aktar tard, u mhux fuq il-pleġġ. Meta wieġbet għal mistoqsija tad-difiża, l-ispettur ikkonfermat li l-allegat ksur tal-libertà proviżorja kien l-allegat assalt innifsu, u żiedet li l-investigazzjoni tagħha ma żvelatx li Attard kiser xi waħda mill-kundizzjonijiet l-oħra tiegħu ta’ pleġġ.

Dr. Mercieca issuġġerixxa li l-akkuża ta’ ġrieħi gravi kienet ġiet ippressata minħabba li l-vittma kienet sofriet ligament mċarrat kawża tal-inċident. Meta qrat mir-rapport mediku, il-qorti osservat li l-ferita tqieset gravi peress li l-vittma ma setax jestendi siequ l-leminija għal kollox. Il-ġrieħi l-oħra kienu l-aktar brix, innotat l-maġistrat.

“Hu lanqas seta’ jimxi!” Qal Dr. Camilleri, qabel mal-Qorti saħqet biex tinżamm l-ordni. Mifsud Bonnici ħareġ mill-isptar madwar tliet ġimgħat ilu, qalet l-ispettur, fi tweġiba għal mistoqsija tal-maġistrat. Dr. Mercieca sostna li l-imputat kien wera l-affidabbiltà tiegħu, anke wara l-inċident.

“Qed nittrattaw każ fejn kull min jaqra l-aħbarijiet jaf x’ġara u min kien involut. Andy ilu kważi xahar jaf biċ-ċirkostanzi u ma ġara xejn f’dak iż-żmien.” L-avukat sostna li r-raġunijiet għaż-żamma tal-libertà proviżorja kienu assenti, u żied li l-kundizzjonijiet preċedenti tal-libertà proviżorja tar-raġel kienu nħarġu b’rabta ma’ każ ta’ separazzjoni.

“Il-fatt ġie arrestat waqt li kien qed jiffirma l-għassa wera li Attard wera li kien ta’ min joqgħod fuqu,” sostna l-Avukat Mercieca.

Minn dak li ġie rappurtat l-aħbarijiet fuq l-inċident, Attard seta’ raġonevolment wasal għall-konklużjoni li kien taħt investigazzjoni ferm qabel l-arrest tiegħu, sostna l-avukat tiegħu, filwaqt li rrimarka li minkejja dan, ma pprova jkellem, jew imiss, lil ebda xhieda. .

L-Ispettur Zerafa qalet lill-Qorti li l-investigazzjoni għadha għaddejja għax waqt li kienu interrogati, uħud mix-xhieda li kienu preżebti waqt l-inċident kienu qalulha li għalkemm kienu raw lill-persuni li taw id-daqqiet, huma “ma setgħux jidentifikawhom”. Ritratti fissi estratti minn filmati CCTV tal-każin ma kinux ċari biżżejjed biex jidentifikaw l-aggressuri, żiedet tgħid.

L-ispettur ikkonfermat li ma saret l-ebda parata tal-identità, peress li dan il-metodu kien intwera li mhuwiex affidabbli. Il-vittma biss kienet identifikat lill-imputat s’issa, ġie kkonfermat fil-Qorti.