Newrologu Malti, li sab li l-firma personali tiegħu ġiet ffalsifikata fuq dokumenti mediċi frawdolenti użati fir-racket tal-benefiċċji soċjali, stqarr li hu u konsulenti oħrajn bħalu, iħossuhom li ġew abbużati b’dan l-aġir.
Anthony Galea Debono, konsulent tal-moħħ u n-nervituri, tkellem mat-Times of Malta hekk kif nstab li 30 dokument kienu ffirmati b’firma ffalsifikata, il-firma personali tiegħu. Dan hekk kif in-newroloġisti u newrokirurgi f’Malta tħallew fil-mira ta’ abbuż.

In-newrologu staqsa kif persuni li jsofru minn din il-kundizzjoni severa, tħallew isuqu fit-toroq Maltin filwaqt li għandhom liċenzja tas-sewqan valida
Dan hekk kif hu fost numru ta’ konsulenti li sabu, li numru kbir ta’ persuni rċevew eluf ta’ ewro f’benefiċċji soċjali li ma kienux intitolati għalihom, benefiċċji li setgħu biss jingħataw b’firma ta’ tabib, li f’dan il-każ kienu ffalsifikati.
Il-konsulent tenna kif erba’ persuni li ħadu l-benefiċċju bil-firma ffalsifikata tiegħu, jaħdmu bħala xufiera tat-taxis. Iżda, huwa mifhum li jsofru mill-kundizzjoni tal-epilepsy. Kien hawnhekk kif in-newrologu staqsa kif persuni li jsofru minn din il-kundizzjoni severa, tħallew isuqu fit-toroq Maltin filwaqt li għandhom liċenzja tas-sewqan valida.
Hu kompla jgħid kif din is-sitwazzjoni hi waħda serja, u li jittama li n-nies li huma l-moħħ wara dan ir-racket għandom jieħdu responsabbiltá.
Dan jiġi wara li fl-aħħar jiem ġie żvelat li numru ta’ nies ħadu eluf ta’ ewro f’benefiċċji soċjali li ma kienux intitolati għalihom.
Madanakollu, f’dan ir-racket potenzjalment hemm il-customer care ta’ Kastilja involut, bl-aġir allegatament isir taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela.
//= $special ?>