Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Il-Portugiż Rui Costa jirbaħ il-15-il stadju ta’ La Vuelta

(Ritratt: EPA)

Filwaqt li fit-Tour ta’ Spanja ‘La Vuelta’ it-Tnejn kienet ġurnata ta’ mistrieħ, fil-15-il stadju li sar il-Ħadd fuq medda ta’ 158.5 kilometri minn Pamplona sa Lekunberri, suċċess għall-Portugiż Rui Costa ta’ Intermarche’ Circus Wanty.

Costa rebaħ bi sprint fuq il-grupp fi 3 sigħat, 30 minuta u 56 sekonda fuq Lennart Kamna tal-Ġermanja għal Bora Hansgrohe u Santiago Buitago tal-Kolumbja għal Bahrain Victorious.

Fir-raba’ post daħal Remco Evenepoel tal-Belġju għal Soudal Quick Step.

Fil-klassifika ġenerali fl-ewwel post jibqa’ Sepp Kuss tal-Ġermanja għal Jumbo Visma b’total ta’ 54 siegħa, 38 minuta u 42 sekonda qabel iż-żewġ ciklisti oħra ta’Jumbo Visma, is-Sloven Primoz Roglic b’distakk vantaġġ ta’ minuta u 37 sekonda u Jonas Vingegaard tad-Danimarka b’distakk ta’ minuta u 44 sekonda.