Ħames parteċipanti Maltin, sajjieda mal-klabb Kingfisher Sports Fishing Association (KSFA) akkumpanjati mill-kowċ Taljan Massimiliamo Miceli, jinsabu f’San Benedetto del Tronto fl-Italja biex jirrapreżentaw lil Malta fl-Fips-Mer (International Federation of Sports Fishing) Kampjonat Ewropew tas-Sajd bis-Sufrun. Il-KSFA hi membru ta’ din il-Federazzjoni.
It-Tournament jibda nhar it-Tlieta 12 u jintemm il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru. Malta se tkun qed tikkompeti kontra tliet timijiet mill-Italja u tliet timijiet minn Spanja, tliet timijiet mill-Portugall u tim minn Franza, it-Tuneżija u l-Marokk.
Il-kontinġent Malti hu magħmul minn Massimiliano Miceli (kowċ), Sandro Cohen, Carmelo Quattrocchi, James Gilson, Scott Matthew Farrugia, u Miguel Grech.
Denċi Fishing Club Malta awgura kull suċċess lill-KSFA f’dan it-Tournament.
//= $special ?>