Lokali

ILLEJLA: Protesta mill-PN quddiem il-Parlament

Illejla, fis-6:30pm, il-Partit Nazzjonalista se jorganizza protesta quddiem il-Parlament.

Dan wara li l-Gvern ma aċċettax it-talba li saret mill-PN biex ikun diskuss b’mod immedjat il-frodi li sar fir-racket tal-benefiċċji soċjali.

Bernard Grech stqarr illi din hi sejħa għal protesta kontra s-serq mir-racket ta’ Kastilja – dimostrazzjoni favur il-poplu.

“Protesta kontra l-Gvern ta’ Robert Abela li jrid jibqa’ jiddefendi r-racket li twieled f’Kastilja b’rabta mal-benefiċċji soċjali u li gawdew huma biss”, stqarr Bernard Grech.

“Għalhekk il-Partit Nazzjonalista qed isejjaħ lill-poplu kollu biex ningħaqdu fi Protesta Nazzjonali quddiem il-Parlament.”