Il-poplu fiċ-Ċile qed ifakkar il-ħamsin anniversarju tal-kolp ta’ stat li l-effetti tiegħu baqgħu jinħassu sallum…Fil-fatt iċ-Ċileni għadhom qed jikkalkulaw l-impatt tas-snin ta’ dittatorjat militari taħt il-Ġeneral Augusto Pinochet u li fihom inqatlu jew sparixxew numru kbir ta’ nies meqjusa bħala għedewwa tal-eks Ġunta.
Bħal-lum 50 sena ilu, il-Palazz Presidenzjali ta’ La Moneda, f’Santiago, kien ġarrab l-isplużjonijiet tal-bombi fost il-kolp ta’ stat tal-militar kontra l-President Ċilen elett Salvador Allende.
U fl-aħħar tal-lejl tal-11 ta’ Settembru tal-1973, il-President Allende kien ikkonfermat mejjet, bil-Ġunta finalment taħtaf il-poter f’Santiago. Intant, is-17-il sena tat-tmexxija militari taħt Pinochet issarrfu f’aktar minn 3,200 esekuzzjonijiet, fost l-arrest, it-tortura u l-eliminazzjoni ta’ xi 40,000 persuna.
//= $special ?>