Il-Kroazja jinsabu biss pass il’bogħod mill-kwalifikazzjoni għall-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej tas-sajf li ġej meta barra minn darhom għelbu lill-Armenja 1-0. Il-gowl li fisser rebħa għall-Kroazja wasal fl-14-il minuta permezz ta’ Andrej Kramaric.
Mill-istes grupp, rebħa importanti wkoll għal Wales meta għelbu lil-Latvja 2-0. L-ewwel gowl wasal fid-29 minuta permezz ta’ penalty ta’ Aaron Ramsey, bit-tieni gowl jasal lejn it-tmiem permezz ta’ David Brooks.
Minn Grupp J, spikkat ir-rebħa kbira ta’ 9-0 li l-Portguall kellhom fuq il-Lussemburgu. Il-gowls għall-Portugall wasalu permezz ta’ doppjetta ta’ Goncalo Inacio u Goncalo Ramos, doppjetta wkoll ta’ Diogo Jota kif ukoll gowl kull wieħed għal Ricardo Horta, Bruno Fernandes u Joao Felix.
FAŻI TA’ KWALIFIKAZZJONI:
Ilbieraħ: Armenja v Kroazja 0-1, Latvja v Wales 0-2, Iżlanda v Bosnija 1-0, Portugall v Lussemburgu 9-0, Slovakkja v Lichtenstein 3-0
Illum Norveġja v Ġorġja 8.45pm, Spanja v Ċipru 8.45pm, Italja v Ukranja 8.45pm, Malta v Maċedonja 8.45pm, Belġju v Estonja 8.45pm, Żvezja v Awstrija 8.45pm, Iżrael v Belarus 8.45pm, Rumanija v Kossovo 8.45pm, Żvizzera v Andorra 8.45pm
//= $special ?>