Internazzjonali

Il-Libja: Straġi u telf kbir ta’ ħajja waqt il-maltempata ‘Daniel’

Mietu talanqas 150 persuna fl-inħawi lejn il-Lvant tal-Libja li ntlaqtu minn maltempata kbira, imlaqqma’Daniel’ fost l-għargħar katastrofiku. Il-maltempata kienet laqtet it-territorju Libjan fi tmiem il-ġimgħa fejn il-qilla tal-elementi wasslu biex l-awtoritajiet lokali jiddikjaraw stat ‘estrem’ ta’ emerġenza.

L-imwiet dovuti għall-maltemapta fil-Libja jidhru li splodew f’anqas minn 24 siegħa u wara li l-elementi ta’ Daniel, il-ġimgħa l-oħra, ħallew ftit aktar minn għaxar vittmi fl-Ewropa,

Intant, l-uffiċjali fiz-zoni lejn il-lvant tal-Libja imponew curfew għar-residenti waqt li fl-aħħar sigħat ma kenux qed jiftħu  l-ħwienet u l-iskejjel tal-inħawi.