F’għeluq il-170 sena mit-twelid tal-Kavallier Ġużè Muscat Azzopardi il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi se jkun qed itella’ lejla Mużiko-Letterarja li se tkun qed tittella’ taħt il-patroċinju distint tal-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta.
Din se tittella’ nhar it-Tlieta, 12 ta’ Settembru 2023, fis-7.00 ta’ filgħaxija.
Il-programm se jinkludi feature bl-isem ta’ Il-Vjaġġ ta’ Ħajtu, li għandu kitba u produzzjoni ta’ Doris Zammit, kunsillier fl-istess Kunsill ta’ Ħal Qormi, kif ukoll mużika mill-grupp folkloristiku minn Għawdex, Ta’ Verna u qari mix-xogħol letterarju tal-kompajsan tagħna Ġużè Muscat Azzopardi.
Bix-xieraq din is-serata se tittella’ f’Misraħ il-Kittieba, Ħal Qormi eżattament quddiem il-monument tal-istess Ġużè Muscat Azzopardi. Kulħadd huwa mistieden.
//= $special ?>