Lokali Qorti

Jibda għaddej ġuri akkużat li kkorrompa minorenni online

Raġel ta’ 32 sena beda għaddej ġuri, akkużat li kkorrompa tliet minorenni permezz ta’ webcam. Ahmad Ali Younes Ikbal, mil-Libja jinsab akkużat talli allegatament ġiegħel żagħżugħ ta’ 12-il sena jwettaq atti relatati mas-sess fuq camera u kkorrompa żewġ tfajliet, ta’ 13 u 14-il sena.

L-Imħallef Aaron Bugeja se jiddeċiedi il-ħtija jew le tal-akkużat peress li l-każ qed jinstema’ mingħajr ġurati. Dab wara li l-Qorti laqgħet rikors ippreżentat mill-akkużat li xtaq jagħmel użu minn dan id-dritt legali.

Quddiem il-qorti kriminali nhar it-Tnejn, Ikbal wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjubin kontrih. Il-Qorti imponiet projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-allegati vittmi u laqgħet talba biex dawn jitħallew jixhdu permezz ta’ video link

Il-Prosekutur Angele Vella tat sommarju qasir tal-każ tal-prosekuzzjoni kontra r-raġel. Huwa akkużat b’korruzzjoni ta’ minorenni taħt il-15-il sena, jiġifieri tifel ta’ 12-il sena, tifla ta’ 13-il sena u tifla oħra ta’ 14-il sena. Ikbal għandu fissazzjoni sesswali għas-saqajn tat-tfal, spjegat l-prosekutur.

“Hu kien juża Instagram, Skype u Facebook, fost pjattaformi oħra tal-midja soċjali, biex jaqbad tfal innoċenti,” hi qalet, filwaqt li fakkret lill-qorti li r-reati li għalihom huwa akkużat ma kinux jeħtieġu prova tal-intenzjoni li jikkorrompi lit-tfal, sabiex issib il-ħtija. “Ir-reat ta’ korruzzjoni ta’ minorenni ma jeħtieġx kuntatt, anke l-preżenza tal-minuri hija biżżejjed,” qalet l-avukat.

L-akkużat kien juża ismijiet u profili foloz, xi kultant anke jippoża bħala mara, biex jagħmel kuntatt inizjali mal-vittmi tiegħu fuq Instagram, qabel imbagħad jgħidilhom biex jimxu fuq Skype. Matul is-sejħa bil-vidjo, Ikbal kien jieħu pjaċir bil-ħsieb isegwi l-allegati vittmi.

L-iżgħar minnhom, it-tifel ta’ 12-il sena, mill-ewwel kien skomdu u kien qal lill-akkużat li ma riedx ikompli bil-video calls, iżda kien imġiegħel jikkonforma meta l-akkużat hedded li jippubblika screen shots. mill-konverżazzjoni tiegħu mat-tifel. “Ġegħlu jiltaqa’ fuq l-internet xi erba’ darbiet, u dan sar reat kontinwu, qabel ma t-tifel qal lil missieru dwar l-abbuż.” Missier il-vittma kien imbagħad ippreżenta rapport tal-pulizija.

L-akkużat sussegwentement tella’ screenshot tat-tifel, meħuda waqt il-video chat, fuq Facebook u użaha biex tiġbed aktar tfal, qalet l-avukat. Ikbal kien bagħat ukoll ritratt, li juri biss il-partijiet privati ​​tiegħu, lit-tfajla ta’ 13-il sena. Hija kienet issejvjat l-istampa u infurmat lill-ġenituri tagħha wara li attendiet taħdita dwar l-abbuż fuq l-internet mogħtija mill-pulizija fl-iskola tagħha.

“Ħaseb li kieku jibgħat biss ritratti tal-partijiet privati ​​tiegħu ma jinqabadx. Imma … jekk tmur online int traċċabbli,” qalet Dr. Vella. Uffiċjali mit-Taqsima taċ-Ċybercrime tal-Pulizija kienu ntraċċaw l-indirizz IP għal Ikbal u għamlu rejd f’daru, qabdu l-mobile tiegħu fost affarijiet oħra. Fuq dak il-mobile il-pulizija kienet skopriet konverżazzjoni simili, din id-darba ma’ tfajla ta’ 14-il sena fuq Instagram.

Kien hemm ħafna provi ċirkostanzjali, qalet il-prosekutur. “Iċ-ċirkostanzi ma jigdbux. L-akkużat m’għandu l-ebda mod kif jisgiċċa minn dan kollu.” L-Ispettur tal-Vice Squad John Spiteri xehed u spjega kif il-pulizija kienet irċeviet rapport mingħand il-ġenituri ta’ wieħed mit-tfal fit-12 ta’ April 2018.

Il-pulizija nnutat numru ta’ xebh ma’ rapporti preċedenti li kienu rċevew, li wassluhom biex jissuspettaw li r-rapporti setgħu jkunu konnessi. L-ispettur ordna li l-każijiet jiġu investigati flimkien u ġie nnutat li għadd ta’ profili tal-midja soċjali involuti dehru li kienu qed jużaw l-istess indirizz IP. Il-ġuri jkompli. L-Avukati Angele Vella u Danika Vella qed imexxu prosekuzzjoni f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-Avukat Joe Brincat huwa l-avukat difensur.