Hekk kif bħalissa għaddejin l-avvenimenti ta’ EuroPride…bl-iskop li jiżdied l-għarfien dwar il-komunità LGBTIQ+…. din is-sena nħoloq kor bl-isem ta’ Kor Kwir.
NetNews tkellem mad-direttur mużikali u l-fundatur ta’ Kor Kwir, Luke Saydon, fejn spjega li dan il-kor inħoloq bil-għan li jgħaqqad mhux biss il-komunità tal-LGBTIQ+, iżda kull persuna li għandha lil din komunità għal qalbha.
Dan hekk kif il-kor, magħmul minn madwar 60 persuna, huwa miftuħ għal kulħadd, anke dawk li qatt ma kienu fl-industrija mużikali.
Huwa spjega kif il-preparamenti, sabiex dan il-kor ikun wieħed ta’ suċċess, ilhom għaddejin minn April li għadda, fejn bosta persuni attendew għal diversi provi matul dawn l-aħħar ġimgħat.
Meta mistoqsi fuq il-futur tal-kor, Luke Saydon stqarr li qed tkun diskussa l-possibbiltà li l-kor ikompli wara li tispiċċa l-Euro Pride.
Intant, is-solista Kurt Abela, stqarr li l-kor jirrifletti l-għaqda fil-komunità u kemm din l-għaqda tista’ isarraf f’affarijiet akbar.
Kor Kwir se jkun akkumpanjat minn orkesta mmexxija minn Matteo Depares, hekk kif se jkun parti mill-avvenimenti ta’ EuroPride Valletta 2023, fi Pjazza Tritoni nhar it-Tlieta li ġej.
//= $special ?>