L-Università Amerikana tal-Ġordaniżi trid iġġedded il-permess biex testendi l-kampus tagħha f’Bormla b’żewġ sulari.
Il-Ġordaniżi ta’ Sadeen – li qed imexxu dan il-proġett kontroversjali – applikaw biex iżidu żewġ sulari bil-pjan li dawn jintużaw bħala uffiċini amministrattivi, fuq ix-xaqliba ta’ Triq Dom Mintoff u Misraħ Gavino Gulia – proġett li qed iħasseb lis-Supretendent tal-Wirt Kulturali, l-aktar minħabba l-fatt li se jgħatti l-knisja storika ta’ San Pawl li tinsab wara Baċir Numru Wieħed.
Intant, l-għaqda non-governattiva, Flimkien għal-Ambjent Aħjar, oġġezzjonat għal dan l-iżvilupp minn naħa tal-Ġordaniżi. Dan hekk kif il-proposta li tressqet għall-iżvilupp mhux ġustifikata u se tkun qed taffetwa il-veduta u l-valur storiku ta’ din iz-zona – partikolarment l-iskyline tal-Kottonera.
L-Universita tal-Ġordaniżi fetħet il-bibien tagħha lura fl-2017, għalkemm s’issa jidher li attirat biss numru żgħir ta’ studenti. B’hekk, ħafna ma jistgħux jifhmu għaliex l-AUM għandha bżonn dawn iż-żewġ sulari addizzjonali.
//= $special ?>