Futbol Sport

Paul Pogba jinstab pożittiv għal sustanzi lleċiti

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder ta’ Juventus Paul Pogba allegatament instab pożittiv għal sustanzi lleċiti wara l-partita kontra Udinese. Jidher li Pogba nstab pożittiv għat-testosterone.

Il-partita ntemmet f’rebħa ta’ 3-0 għal Juventus, b’Pogba jkun biss fuq il-bankina tas-sostituti matul din il-partita iżda xorta waħda kien suġġett għal test tad-doping wara l-partita. Jidher li xorta waħda għadu jrid isir it-tieni test fuq is-sample li mmarka pożittiv.