Waqt li indirizza l-protesta fil-Belt Valletta, il-Viċi Kap tal-PN stqarr li dan huwa mument nazzjonali, fejn il-pajjiż għandu jingħaqad b’vuċi waħda kontra l-iskandlu tal-benefiċċji soċjali.
Alex Perici Calascione insista li għandha issir ġustizzja sħiħa, għaliex il-ħażin jibqa’ ħażin.
Qudiem il-folla preżenti, Perici Calascione qal li l-PN qed juri solidarjetà sħiħa ma’ dawk li ġenwinament ikollhom kundizzjoni u ma jistgħux jaħdmu – tant li jkollhom bżonn benefiċċji.
Il-Viċi Kap tal-PN fakkar kif l-Oppożizzjoni talbet dibattitu urġenti fil-Parlament, li Robert Abela irrifjutah.
“M’aħnix se nħallu li ma jkunx hemm ġustizzja”, stqarr Perici Calascione. Dan filwaqt li l-PN talab b’mod ċar li tinġarr ir-responsabbilta politika illi dal-Gvern nesa eżatt xi tfisser.
Il-PN se jkompli bl-azzjonijiet, u minkejja li waqqaf id-dibattitu Parlamentari, l-Oppożizzjoni xorta se tibqa’ titkellem anke barra l-Parlament.
“Din il-protesta twassal messaġġ ċar li l-poplu Malti mhu se jgħaddi żmien bih ħadd”, qal Perici Calascione.
//= $special ?>