Ħadd ma weġġa’ ilbieraħ, għall ħabta ta’ disgħa ta’ filgħaxija, f’serqa minn ħanut fil-Fgura.
Ilbieraħ filgħaxija raġel mgħammad, daħal f’ħanut fi Triq San Tumas il-Fgura u talab il-flus lill-kaxxier.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fil-post wara li ġiet infurmata li seħħet serqa minn ħanut, pero ir-raġel kien ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti u oġġetti oħra.
Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel, waqt li l-Maġistrat tal-Għassa Farrugia Frendo ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>