Budget 2024 Lokali

Tħassib dwar l-inflazzjoni, il-poplazzjoni u riżorsi umani

Hekk kif issa qegħdin ftit gimgħat il-bogħod mill-Budget tal-2024, il-Malta Employer’s Association ħarġet dokument ta’ rakomandazzjonijiet li għandu jimplimenta l-Gvern.

L-MEA, spjegat kif il-punti inkwetanti li pajjiżna esperjenza din is-sena jinkludu, ir-rata ogħlja ta’ inflazzjoni, nuqqas ta’ riżorsi umani, iż-żieda fid-dejn pubbliku u t-tisfija fuq l-infrastruttura Maltija minħabba żieda eċċessiva fil-popolazzjoni fost l-oħrajn.

Madanakollu, f’sondaġġ li wettqet l-MEA f’Lulju li għadda, sabet li 74% tal-kumpaniji Maltin qed isibu li il-produzzjoni mhux tlaħħaq mal-ogħli fil-paga, filwaqt li 73% tal-kumpaniji qed jaraw li cost of living adjustment ta’ 13 -il ewro qed tħalli piż fuq il-kumpaniji u l-konsumaturi tagħhom. Hekk kif din il-problema se tkun qed tippersisti għas-sentejn li ġejjin.

Huwa hawnhekk fejn l-MEA saħansitra proponiet proposta li l-Partit Nazzjonalista ilu jafas fuqha għal-dawn l-aħħar xhur, fejn stqarret li t-taxxa għandha tiġi addattata skont il-COLA, b’hekk jiġi żgurat li l-impjegati jirċievu tnaqqis.

Intant, l-MEA kompliet tgħid kif l-ekonomija Maltija, tinsab f’overheating…dan ifisser li ir-riżorsi Maltin, inkluż umani mhux ilaħħqu mat-talba tal-kumpaniji. U huwa għalhekk li 9% tal-kumpaniji li ħadu sehem fis-sondaġġ sabu li iżjed minn 75% tal-impjegati tagħhom huma barranin.

Minħabba dan, l-MEA qed tirrakkomanda li l-Gvern għandu jutilizza r-riżorsi umani f’setturi li l-iżjed hemm bżonn f’pajjiżna, inkluż fis-saħħa….filwaqt li jnaqqas ir-riżorsi umani f’sistemi li jippromwovu l-ħela. Dan filwaqt li jindirizza l-fatt li ż-żgħażagħ iridu jitilqu minn pajjiżna, li jikkaġuna nuqqas ta’ ħaddiema Maltin.

L-MEA tenniet ukoll, li l-Gvern ta’ Robert Abela għandu jorjenta l-kostruzzjoni billi jnaqqas il-bini ta’ bini ġdid u jiffoka fuq l-infrastruttura Maltija, dan hekk kif l-infrastruttura mhux tlaħħaq maż-żieda tal-popolazzjoni.

Intant, l-MEA tkellmet ukoll fuq kif il-partiti politiċi għandhom ikunu mħallsin mill-istat… filwaqt li l-Gvern għandu jsaħħaħ l-ġlieda kontra l-korruzzjoni billi jżomm mar-regoli tal-akkwist pubbliku meta jagħti direct orders.

Madanakollu, fid-dokument ssemma’ wkoll, li membri parlamentari m’għandhomx jinħatru f’positions of trust filwaqt li għandu jsir audit biex jiġu ġustifikati ħatriet fil-positions of trust, bi preżenza tal-membri tal-Opppożizzjoni.

L-MEA tkellmet ukoll fuq id-deficit pubbliku, li issa laħaq id-9 biljuni kaġun taż-żieda fl-infieq tal-Gvern mhux ġustifikat. Fejn il-Gvern mhux qed jagħti indikazzjoni li se jkun qed jipprijoritizza jew jillimita l-infieq tiegħu.

Dan hekk kif għandu jkun iżjed trasparenti fl-ispjegazzjonijiet tal-nfieq tiegħu, inkluż ġustifikazzjoni tal-infieq tal-46 milljun, fl-industrija tal-films. U huwa għalhekk, li għandhom isiru studji qabel ma jsir l-infieq fuq kif se jkun ta’ benefiċċju għad-dħul finanzjarju ta’ pajjiżna.