Tifla ta 3 snin ħelsitha ħafif wara li ttajret minn karozza fil-Ħamrun.
L-inċident seħħ it-Tnejn waranofsinhar għall-ħabta tal-4pm fi Triq id-Duluri.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjoni li saret irriżulta li t-tifla ntlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti l-Marsa.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti lit-tifla fejn ambulanza ħaditha l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, hija ġiet iċċertifikata li sofriet feriti ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>