Novak Djokovic aktar minn qabel huwa parti mill-istorja tat-tennis internazzjonali meta fi Flushing Meadows, fil-finali tal-Open tal-Istati Uniti għeleb fi tlett sets lil Daniil Medvedev sabiex rebaħ l-24 Grand Slam u rekord ta’ successi fil-karriera.
Djokovic rebaħ u ddomina l-ewwel set 6-3 sabiex b’Medvedev iwettaq reazzjoni fit-tieni set li tilef ukoll 7-6, kien Djokovic li mill-ġdid iddomina it-tielet set li rebaħ 6-3 u suċċess ieħor fl-Open tal-Istati Uniti.
Dan kien ir-raba’ suċċess f’din l-għaxar parteċipazzjoni tiegħu fi Flushing Meadows, suċċess li permezz tiegħu jinsab mill-ġdid fl-ewwel post tar-rankings ATP wara li rebaħ l-Open tal-Awstralja f’Melbourne u dak ta’ Franza fir-Roland Garros f’Pariġi.
//= $special ?>