Lokali

Ħaddiem iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding f’Tas-Sliema

Ħaddiem ta’ 36 sena residenti l-Gżira weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ it-Tlieta waranofsinhar għall-ħabta tas-1:30 fi Triq il-Katidral.

Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li l-ħaddiem mill-Bangladesh waqa’ sular għoli minn fuq scaffolding li kien qed jaħdem fuqu.

Il-ħaddiem ingħata għajnuna minn tim mediku filwaqt li ambulanza ħaditu l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.