Ir-Royal Malta Yacht Club Sailing School għal żmien twil ilha ċentru għal dilettanti tal-ibburdjar ta’ kull età. Permezz ta’ sforzi kollettivi tal-Fondazzjoni Agora, Yachting Malta u Transport Malta, il-Klabb qed jesplora orizzonti ġodda billi jagħmel l-isport tal-ibburdjar aċċessibbli għal individwi b’diżabilità.
Dan qed isir permezz tad-donazzjoni ta’ dgħajsa tal-Klassi Hansa 303 mill-Fondazzjoni Agora u apparat speċjali minn Transport Malta. Dan jirrappreżenta pass sinifikanti lejn l-inklussività, li jiżgura li l-esperjenza pożittiva li jgħati l-isport tal-ibburdjar ikun jista’ jitgawda minn kulħadd.
Iż-żieda tad-dgħajsa tal-Klassi Hansa 303 mal-flotta tal-RMYC Sailing School tgħati cans lil individwi b’diżabilità, ċans li jiksbu esperjenza fil-baħar. Id-dgħajsa tal-Klassi Hansa 303 hija magħrufa għall- faċilità tal-użu tagħha, minħabba li hija mfassla għall-użu minn individwi b’firxa wiesgħa ta’ diżabilitajiet, inklużi dawk b’mobbiltà limitata..
Fost dawk li attendew għal prezentazzjoni Nikki Griscti, ex-President, Fondazzjoni Agora flimkien mal-Commodore tar- Royal Malta Yacht Club David Cremona , iċ-Chairman tal-Yachting Malta, Chris Agius u l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Aaron Farrugia.
//= $special ?>