Bħalissa m’hemm ebda investigazzjoni għaddejja mill-Kunsill Mediku dwar l-aħħar racket ta’ frodi fil-benefiċċji soċjali li fih hemm implikat l-eks deputat Laburista Silvio Grixti.
Mistoqsi mit-Times, il-President tal-Kunsill l-Avukat Simon Micallef Stafrace qal li se jkunu qed jistennew il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni li hemm għaddejja bħalissa. Huwa ma eskludiex li l-Kunsill jibda l-investigazzjonijiet tiegħu f’każ li joħorġu dettalji ġodda mill-investigazzjoni kriminali.
Waħda mill-funzjonijiet tal-Kunsill Mediku hi li jinvestiga allegazzjonijiet ta’ mġiba ħażina kontra professjonisti mediċi. Dan apparti li l-Kunsill għandu setgħa legali li joħroġ sanzjonijiet fejn ikun meħtieġ.
Mistoqsi jekk kienx hemm invetigazzjoni għaddejja fil-konfront tal-eks Deputat Laburista Silvio Grixti, l-Avukat Simon Micallef Stafrace wieġeb fin-negattiv fejn qal li sar jaf b’dan ir-racket malli l-aħbar ħarġet fil-media.
//= $special ?>