Lokali Unjoni Ewropea

Il-President Metsola b’messaġġ qawwi ta’ solidarjetà mal-Greċja

Il-PM Mitsotakis fi Strasburgu wara sajf ta’ nirien u għargħar

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola laqgħet lill-Prim Ministru tal-Greċja Kyriakos Mitsotakis fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

Iż-żjara tal-Prim Ministru Mitsotakis saret fl-isfond tal-ħerba u l-imwiet li iffaċċjat l-Greċja kawża tal-għargħar u n-nirien li ħakmu lill-pajjiż riċentament.

Il-President Metsola esprimiet solidarjetà mal-Greċja f’isem il-Parlament Ewropew.

Żiedet li l-Parlament se jkun qed joffri l-għajnuna tiegħu. “Nafu li din hija sitwazzjoni ta’ diżastru katastrofiku relatat mal-klima, u nafu li dan li jeħtieġ effiċjenza u għajnuna bla preċedent.”

Il-President Metsola żiedet tgħid, “fl-agħar żminijiet, il-poplu tal-Greċja jeħtieġ li jara l-aħjar tal-Ewropa. U dan huwa dak li jimpenja ruħu li jagħmel il-Parlament.”

Il-Prim Ministru Mitsotakis qal li l-Greċja ffaċċjat “katastrofi ta’ daqsijiet enormi. Xi ħaġa li qatt ma stajna nbassru jew nifmhu kif setgħet isseħħ.”

Il-Prim Ministru Griek irringrazzja lill-President Metsola għas-solidarjetà tagħha.