Lokali

Iweġġà gravi wara li nqaleb bil-karozza fl-Iklin

Somalu ta’ 34 sena weġġà gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza li kien qiegħed isuq u nqaleb.

L-inċident seħħ it-Tnejn filgħaxija għall-ħabta tal-11:30 fi Triq il-Wied, l-Iklin.

Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li Somalu ta’ 34 sena residenti Birkirkara tilef il-kontroll ta’ Toyota Yaris li kien qed isuq u nqaleb. B’konsegwenza ta’ dan l-inċident, żewġ vetturi li kienu pparkjati sofrew xi ħsarat.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn
aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.