Id-dimostranti li ilhom ix-xhur jilmentaw dwar ir-riformi li jrid idaħħal il-Gvern għall-ġudikatura qegħdin jittamaw li l-protesta, issa, qed tidħol f’fażi deċiżiva li ‘tippermetti għall-funzjoni tal-qrati mingħajr indħil minn fuq’.
Il-protesti dwar ir-riformi kontroversjali għall-ġudikatura f’Iżrael ilhom għaddejjin ix-xhur u fl-aħħar sigħat, il-15-il-Imħallfin tal-Qorti Suprema Iżralejana kienu qed jiltaqgħu għall-ewwel darba biex jisimgħu l-petizzjonijiet kontra emenda legali li tillimitalhom il-poteri biex jaċċertaw mill-ġustizzja.
Eluf ta’ dimostranti nġabru għal rally f’Ġerusalemm bħala turija ta’ appoġġ assolut għall-imħallfin u biex isemmgħu leħinhom kontra l-Gvern Iżraeljan li, skont il-kritiċi, qed jinsisti dwar pass li għandu jdgħajjef id-demokrazija minbarra l-indipendenza tal-ġudikatura fil-pajjiż.
Id-dimostranti qalu wkoll li jridu jaċċertaw li l-Imħallfin ma jkunux intimidati mit-theddid tal-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu.
Dan wara li l-Gvern ta’ koalizzjoni, matul is-sajf, kien għadda r-riformi inkwistjoni bħala parti minn ristrutturizzazzjoni radikali għall-ġudikatura…Riformi li fost oħrajn jeliminaw il-kapaċità tal-qrati Iżraeljani kollha biex iwaqqfu l-azzjonijiet u l-ħatriet tal-Gvern u li skont il-kelliema għall-Amministrazzjoni kienet tinvolvi ‘proċess mhux xieraq u bla raġuni’.
//= $special ?>