Raġel li allegatament waddab landa fjuwil fuq speed boat irmiġġat f’Tas-Sliema li ngħata n-nar flimkien ma’ kompliċi ieħor li diġa kellu l-każ deċiż mill-Qorti ngħata l-pleġġ mill-Maġistrat Nadine Lia wara li x-xhieda pajżana xehdu kollha u ma kienx hemm oġġezzjoni mill-prosekuzzjoni li dan jingħata l-ħelsien sakem il-kundizzjonijiet ikunu xierqa.
Olivend Xuereb, ta’ 38 sena residenti Buġibba, qed jiġi mixli dwar l-allegat involviment tiegħu fir-reat li seħħ fit-28 ta’ Lulju tas-sena l-oħra meta dgħajsa, rmiġġata mal-baħar ta’ Tigné, spiċċat ħadet in-nar. In-nirien kienu ġew mitfija minn persuna li kienet għaddeja minn fuq il-post li intervjenit fil-pront billi qabżet il-baħar u bis-saħħa tagħha n-nar ma nfirix.
L-iinvestigazzjonijiet mit-taqsima tal-arsons unit tal-pulizija flimkien ma’ uffiċjali mid-distrett ta’ Tas-Sliema u ġew iċċekkjati filmati CCTV miż-żona. Mix-xhieda tal-Ispettur. Il-filmati, flimkien ma’ evidenza oħra, wasslu lill-investigaturi biex jidentifikaw żewġ persuni li kienu avviċinaw l-opra tal-baħar f’dak il-jum.
Is-sena l-oħra, Wayne Delia u Xuereb ġew arrestati bħala s-suspettati li kienu wettqu l-attakk tal-ħruq. Iżda għalkemm kienu nħarġu akkużi fil-konfront ta’ Delia, il-pulizija, dak iż-żmien, ma kellhiex biżżejjed provi biex tmexxi kontra Xuereb.
Delia li kien wieħed mix-xhieda fil-kumpilazzjoni t-Tlieta wara nofs inhar diġa ngħata sentenza wara li ammetta l-involviment tiegħu fil-każ. Delia kien ta nformazzjoni lill-Pulizija dwar il-każ u sussegwentement ikkonferma dik id-dikjarazzjoni bil-ġurament quddiem il-maġistrat li kien qed jippresiedi l-każ tiegħu u ġie kkundannat. Delia qal li l-flus li kien wegħdu min qabbdu jaħraq l-opra tal-baħar baqa’ ma tahomlux.
Fil-Qorti Delia xehed kontra Xuereb fejn tenna li hu u l-akkużat kienu mitehmin li jwaddbu l-fjuwil iżda kien Xuereb li kellu il-landa wara li niżel it-taraġ ta’ fejn il-lukanda Fortina. Hu li għamel kien li tefa’ oġġett żgir forma ta’ ballun iżda fuq in-naħa ta’ quddiem tal-opra tal-baħar. Tenna li kemm hu kif ukoll Olivend Xuereb kienu mal-partners tagħhom, li ma kienux jafu x’kien qed jiġi moħmi.
Ix-xhud qal li dak li tefa’ hu u li kien forma ta’ ballun fuq in-naħa ta’ quddie kienet sempliċi key chain. Tenna li kien sieħbu li waddab il-landa bil-fjuwil fuq in-naħa ta’ wara ta’ l-ispeed boat li jisimha Megan li hi hija bajda bil-faxxi suwed.
Qal ukoll li l-akkużat qabad taxi u ħarab minn fuq il-post. Tenna li dak iż-żmien hu (ix-xhud) kellu problema ta’ droga. Delia kompla li lilu u lil Xuereb kien qabbadhom ċertu Melvin Debono, li ta’ din il-biċċa xogħol kellu jagħtih €500 u li baqa’ ma tahomlux.
Qal ukoll li l-akkużat kien tela jixhed kontrih fejn qal li kien hemm barbecue u li l-landa kien fiha żewġ litri fjuwil, li kienet biss biex tingħata n-nar l-ispeed boat. Wara xehdet Maria Rosaria Camilleri il-partner ta’ Delia. Hi kkonfermat li ma kienet taf xejn fejn marru fil-pot biex jieħdu drink u li suppost kellu jsir barbecue li qatt ma sar.
Qalet li kienet ġurnata normali fejn il-ftehim kien li l-ewwel imorru għal drink tas-Sliema, Wayne Delia ftiehem mal-akkużat u marru jixtru l-alkoħol. “Morna nieħdu drink tas-Sliema fejn ikun hemm dgħajjes u Olivend kellu landa li rajta f’idu”. Tenniet li f’ħin minn Olivend u Wayne illargaw, damu bejn nofs u siegħa biex waslu lura.
Qalet li l-akkużat deher ippanikkjat u li hi kienet qed tistenna lil Wayne. Tenniet li l-panic kien biex ifittex jitlaq minn hemm. Qalet li ma rat xejn iżjed ħlief lill-akkużat bil-landa f’idu. Wara xehed l-Ispettur Colin Sheldon li qal li fid-29 ta’ Lulju 2022, kien daħal rapport li f’Tas-Sliema kienet qed taqbad dgħajsa bl-isem ta’ Megane, u li din kienet qiegħda fejn il-lukanda Fortina, u xi ħadd tefa xi ħaġa.
Surġent kien aċċeda fuq il-post u kienu waslu wkoll tal-protezzjoni ċivili biex jikkontrollaw in-nar. Fejn id-dgħajsa kien hemm persuna li kien qed jistad u ieħor li kien għaddej miexi fuq il-front li mar għal fuq id-dgħajsa u rema’ xi oġġetti l-baħar u grazzi għalih, in-nar ma kompliex jinfieiex. Huwa kien ra żewġ persuni, wieġed qasir (b’referenza għall-akkużat) u l-ieħor twil (referenza għal Delia).
Wara nvestigazzjoni estensiva kienu ġew mitkellma u suspettati Wayne Delina, Olivend Xuereb uMaria Rosaria Camilleri li intardu minn xi filmati tas-CCTV. Wara li tressaq Wayne Delia, bil-kawża tiegħu diġa’ instemgħet, fejn dan talab li jitkellem mal-Pulizija fuq min kien qabdu jagħmel dan l-aġir fejn qalilhom Xuereb kien parti mill-pjan.
Ħareġ mandat ta’ arrest fuq Xuereb u fl-aħħar ta’ Awwissu kien tressaq quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, wieġeb mhux ħati u baqa’ ġewwa. Kien parti mill-pjan li jeqred id-dgħajsa. Flimkien ma’ Wayne Delia kienu marru f’pompa tal-petrol ġewwa Manoel Island u waslu hemm b’cab, il-cameras juru dan kollu
Olivend Xuereb kellu f’idu jerry can f’idu u waslu tas-Sliema fejn kien hemm il-partners tagħhom, Oivind niżel isfel tefa’ jerry can u Delia tefa’ xi ħaġa wara dgħajsa. L-Avukat Rachel Tua staqsiet lill-Ispettur Sheldon li jekk dak kollu li għabdhom fuq l-akkużat hux kollu ġej minn dak li qalilhom Delia. Staqsiet ukoll jekk hemmx xi filmati tas-CCTV juru lill-akkużat
L-Ispettur Sheldon qal li huwa minnu li mhemmx filmati tal-akkużat f’Tas-Sliema qed jitfa’ l-fjuwil għax dawn mhumiex ċari, imma hemm filmati tat-tnejn li huma jieħdu l-petrol bil-pompa tal-petrol ta’ Manoel Island, bi Xuereb bil-landa f’idu li żgur ma kinitx għal barbecue.
Tenna wkoll li Delia dejjem kien konsistenti taħt ġurament fuq dak li kien xehed. Ix-xhud ikkonferma wkoll li kien ċertu Melvin Debono lil qabbad lill-akkużat u lil Delia u fuq mistoqsija oħra tal-Avukat Tua li kien Delia li ħa miegħu lil Xuereb, ix-xhud qal li donnu kien kuntent imur miegħu u rriżulta li kien fuq il-post.
Sostna li vera dejjem li dejjem innega, imma l-konferma li mar jixtri il-petrol qeda hemm anke hu stess ammetta li xtara il-petrol u li ħbieh wara ċint fejn il-Fortina. L-Avukat Tua għamlet talba għall-pleġġ wara li f’dan l-istadju kien xehdu il-persuni pajżana, Il-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx sakemm il-kundizzjonijiet ikunu adattati għax mhux l-ewwel darba li l-akkużat kiser dufrejh mal-ġustizzja
L-Avukat Rachel Tua qalet li l-klient tagħha jinsab fi triq it-tajba, tant li stinka ħafna biex jibdel ħajtu fejn saħansitra ġie nominat minn tliet impjegati biex jingħata l-premju ta’ ħaddiem tas-sena tal-lukanda fejn jaħdem. Qalet ukoll li fl-aħħar tmien snin Xuereb ma xellifx difrejh mal-ġustizzja.
Mistoqsi dwar x’ħinijiet huwa jaħdem, Olivend Xuereb qal li huwa jaħdem fil-maintenance tal-lukanda, iżda magħha jagħmel xogħol part-time bħala membru tas-sigurta u li jagħmel xi xogħol ieħor ma kumpanija tas-sigurtà.
Huwa ġie ordnat biex jiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra darbtejn fil-ġimgħa, kull nhar ta’ Tlieta u s-Sibt bejn is-6am u nofs il-lejl u li wara nofs il-lejl ma jistax joħroġ mid-dar, sas-6am.Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2,000, u garanzij personali ta’ €5,000. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront ta’ tliet persuni li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajsa kif ukoll fil-konfront ta’ Wayne Delia.
//= $special ?>