MALTA…………………….0
UNGERIJA ……………….3
Malta kellha tbaxxi rasha għal telfa oħra it-tieni waħda konsekuttiva, din id-darba kontra l-Ungerija 3-0. Kif jindika l-iskor l-Ungeriżi kienu superjuri u kien jimmerithom ir-rebħa, anki jekk il-prestazzjoni ġenerali tal-Maltin kient ferm aħjar minn dik murija kontra Spanja fl-ewwel logħba.
Iżda d-differenza anki lbieraħ kiener evidenti u Ivan Woods għad baqagħlu ħafna xogħol x’jagħmel biex it-tim isir iktar kompetittiv. Sfortunatament dan grupp B hu ferm iebes b’timijiet ta’ stoffa bħal Spanja, l-Ungerija, l-Belġju u l-Iskozja u għalhekk logħbiet verament diffiċli se jkunu xi ħaġa kostanti f’dan il-grupp.
Woods għamel tliet bidliet mit-tim li beda kontra Spanja fejn daħlu Owen Spiteri, Nikolai Micallef u Jake Micallef minflok Kurt Bondin, Benjamin Hili u Mattias Ellul.
Wara appena tliet minuti l-ballun kien fix-xibka ta’ Sacco meta Kovacs qassam mil-lemin lejn Kocsis li minn fuq il-penalty spot spara fix-xibka. Wara l-bidu diffiċli l-Maltin bdew jidħlu fil-logħba u kellhom mumenti tajbin ukoll bi freekick ta’ Zammit imur għoli. Man-nofs siegħa Sacco salva daqqa ta’ ras ta’ Lisztes u ftit wara azzjoni perikoluża ta’ kontrattakk tal-Maltin iżda Garzia kien imblukkat fil-mument li jikkonkludi. Erba’ minuti mill-intervall Dominik Kocsis skorja t-tieni goal tiegħu b’azzjoni personali.
Fit-tieni taqsima xutt ta’ Barnabas Kovacs ħabat mal-lasta u fid-69 minuta azzjoni tajba tal-Maltin bi freekick maħdum bejn Zammit u Tuma li qassam lejn Veselji li kellu x-xutt destinat għal ġewwa mblukkat minn Barnabas Kovacs. Fit-78 minuta Sacco wettaq save minn aqwa fuq xutt ta’ Matyas Kovacs iżda ma seta’ jagħmel xejn tmien minuti wara fuq xutt tal-istess plejer.
//= $special ?>