Internazzjonali

LIBJA: 2,000 persuna maħsuba mejta kawża tal-maltempata ‘Daniel’

Il-maltempata ‘Daniel’ ħalliet straġi sħiħa fil-Libja hekk kif sa issa huwa maħsub li madwar 2,000 persuna tilfu ħajjithom minħabba għargħar qawwi li laqat dan il-pajjiż. B’eluf oħra huma

Jidher li dawn il-persuni spiċċaw tkaxkru mal-kurrent, bl-għargħar ikkawża ħsarat kbar f’bosta reġjuni tal-Lvant.

Kelliem għall-armata Libjana qal li huwa maħsub li l-persuni rappurtati nieqsa mistenni jilħqu s-6,000 persuna.

Sat-Tnejn filgħaxija dwar rappurtartati mejta kienu jlaħħqu l-150 persuna fejn l-imwiet dovuti għall-maltempata fil-Libja jidhru li splodew f’anqas minn 24 siegħa wara li l-elementi ta’ ‘Daniel’, il-ġimgħa l-oħra, ħallew ftit aktar minn għaxar vittmi fl-Ewropa,

Intant, l-uffiċjali fiz-zoni lejn il-lvant tal-Libja imponew curfew għar-residenti waqt li fl-aħħar sigħat ma kinux qed jiftħu l-ħwienet u l-iskejjel tal-inħawi.