Ikompli l-każ taż-żewġ żgħażagħ Albaniżi Agostin Marku u Xhovano Ndoci, illi kienu ġew arrestati wara li attakkaw raġel ta’ 62 sena f’Tas-Sliema; każ li seħħ f’Ġunju tas-sena l-oħra.
Dan hekk kif fil-Qorti ġie allegat illi huma ingħataw l-istruzzjoniji biex iwettqu din l-aggressjoni mingħand Matthew Schembri – l-iżvilupattur li jinsab implikat ukoll fuq bil-każ ta’ Kordin, fejn inħasdet il-ħajja taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia.
Mill-Qorti, irriżulta li Matthew Schembri staqsa lill- irġiel Albaniżi sabiex jattakkaw lil missier l-eks mara tiegħu waqt li kien qiegħed jagħmel il-ġirja tiegħu ta’ kuljum.
L-irġiel issa ammettew il-ħtija… u t-tnejn ġew ikkundannati piena ta’ ħabs effettiva u multa ta’ €116 kull wieħed. Marku ġie kkundannat 22 xahar ħabs filwaqt li Ndoci ġie kkundannat 20 xahar ħabs.
Peress li ħadd minnhom ma ppreżenta appell, is-sentenza kienet finali u t-tnejn se jkunu xhieda fil-proċeduri li għaddejjin kontra Schembri.
Meta taw ix-xhieda tagħhom il-ġimgħa l-oħra, l-irġiel taw verżjonijiet kontrastanti, filwaqt li sostnew li ma tantx jiftakru minħabba li l-attakk sar iżjed min sena ilu. Huma sostnew li kienu jafu li hemm xi problemi bejn Schembri u r-raġel, iżda ma kienux jafu x’inhuma l-problemi. Huma semmew illi Schembri urihom ritratt tal-vittma u wegħdom li jħallashom.
Meta xehdu fil-Qorti nhar it-Tnejn, semmew li minkejja li ma jiftakrux kollox minn dakinhar li seħħet l-aggressjoni, huma kienu ċerti li Schembri staqsihom sabiex iwettqu dan l-att.
//= $special ?>