Knisja Lokali

Nomini ġodda fid-Djoċesi ta’ Għawdex

Il-bini tal-Kurja f'Għawdex

Bl-għan li l-Poplu ta’ Alla miġbur fid-Djoċesi ta’ Għawdex jiġi megħjun bl-aħjar mod fil-mixja Nisranija tiegħu, skont il-bżonnijiet u l-esiġenzi attwali, qed jiġu mħabbra dawn in-nomini ġodda marbuta ma’ diversi ministeri u servizzi fil-ħajja tal-Knisja f’Għawdex.

Żewġ komunitajiet parrokkjali ser ikollhom Ragħaj ġdid fil-bidu tas-Sena Pastorali 2023-2024:

  • il-Kan. Richard N. Farrugia (mix-Xagħra) – Arċipriet tal-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, ix-Xagħra;
  • il-Kan. Edward Vella (mill-Għarb) – Amministratur Parrokkjali tal-Parroċċa ta’ Kristu Ewkaristiku Salvatur, l-Għasri.

Ħidmiet ġodda oħra fuq livell Djoċesan:

  • Dun Joseph Bajada (mix-Xagħra) – Rettur tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù;
  • Dun Giovanni M. Curmi (mill-Munxar) – Chairperson tal-Bord tal-Iskejjel tad-Djoċesi u Rappreżentant tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika f’Għawdex għall-iskejjel kollha tal-Knisja;
  • Dun Gabriel Gauci (minn Ta’ Kerċem) – Viċi-Rettur tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù;
  • il-Kan. Noel Saliba (miż-Żebbuġ) – Direttur tal-Istitut għall-Ministeru Pastorali (IPM).

Ħatra fuq il-Kummissjoni Kleru:

  • Dun Alexander Refalo (mix-Xagħra) – Delegat tal-Isqof għall-Kleru;
  • Dun Joseph Bajada, Mons. Tarcisio CamilleriDun Giovanni M. CurmiDun Joseph FarrugiaDun Daniel GrechDun Daniel Sultana – membri tal-Uffiċċju Kleru;
  • Mons. Anton Borgil-Kan. Edward VellaDun John Vella – membri aġġunti.

Ħatra fuq il-Kummissjoni tas-Safeguarding [ara n-Nota ma’ din l-Istqarrija għal iktar dettalji]:

Uffiċjali tas-Safeguarding:

  • Loraine Borg – Kap tal-Kummissjoni;
  • Noel Cini Pisani u Francine Farrugia Magrin – Uffiċjali tal-investigazzjoni;
  • Marie-Claude Xerri – Segretarja tal-Kummissjoni.

Bord tal-Konsulenti:

  • Michael Galea u Pauline Grech – Konsulenti fid-deliberazzjoni dwar is-sussistenza tal-każ;
  • Stanley Portelli – Konsulent legali;

Servizz ta’ Sapport:

  • Marlene Cauchi – Responsabbli għall-għajnuna lill-vittmi;
  • Dun Alexander Refalo u Dun John Vella – Responsabbli għall-formazzjoni tal-allegat aggressur.

Saċerdoti li ser ikunu qed jagħtu l-għajnuna tagħhom f’xi Parroċċa:

  • Patri Martin Cilia mssp (mis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl) – Kollaboratur fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, il-Belt Victoria;
  • il-Kan. Michael J. Galea (mix-Xagħra) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, ix-Xagħra;
  • Dun Gabriel Gauci (minn Ta’ Kerċem) – Kollaboratur fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem;
  • Dun Samuel Grech (minn Għajnsielem) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa taż-Żjara tal-Verġni Marija lil Santa Eliżabetta, l-Għarb;
  • Dun Michael Grima (minn San Lawrenz) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija [minn Jannar 2024];
  • Dun Frankie Mallia (miż-Żebbuġ)– Kollaboraturfil-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa fis-Sema, iż-Żebbuġ;
  • Dun John Meilak (mill-Katidral, il-Belt Victoria) – Kollaboratur fil-Parroċċa ta’ San Lawrenz, San Lawrenz;
  • Dun Joseph Mercieca (minn San Ġorġ, il-Belt Victoria) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, il-Belt Victoria;
  • Dun Michael Mifsud (mill-Għarb) – Kollaboratur fil-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija;
  • il-Kan. John Muscat (minn Ta’ Sannat) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa fis-Sema, iż-Żebbuġ;
  • Dun Alexander Refalo (mix-Xagħra) – Kollaboratur fil-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem;
  • Mons. Carmelo Refalo(mix-Xagħra) – Kollaboratur fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb u Kanonku Kuġitur tal-Kapitlu Katidrali, il-Belt Victoria;
  • il-Kan. Franklin Vella (mix-Xewkija) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem;
  • Mons. Joseph Zammit (minn San Ġorġ, il-Belt Victoria) – Kollaboratur fir-Rettorija ta’ San Pawl Nawfragu, Marsalforn u Kanonku Kuġitur tal-Kapitlu Katidrali, il-Belt Victoria.

Saċerdoti li ser ikunu qed iwettqu l-missjoni pastorali tagħhom f’realtajiet oħra:

  • il-Kan. Alexander Cauchi (mill-Għarb) – Kappillan fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex;
  • Dun Michael Mifsud (mill-Għarb) – Kappillan fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex;
  • Dun Charles Sultana (mix-Xagħra) – Rettur tal-Komunità ta’ Ġesù Nazzarenu, ix-Xagħra;
  • Dun John Vella (minn San Ġorġ, il-Belt Victoria) – Kappillan tal-Korp tal-Pulizija f’Għawdex;
  • Dun Salv Vella (mix-Xewkija) – Kollaboratur fil-kura pastorali fid-djar tal-anzjani tal-Knisja fid-Djoċesi;
  • Mons. Joe Vella Gauci (mill-Katidral, il-Belt Victoria) – Rettur tal-Knisja tat-Twelid tal-Verġni Marija (ta’ Savina), il-Belt Victoria.

Fil-ħidma pastorali bħala Diretturi Spiritwali:

  • Dun Joseph Bajada (mix-Xagħra) – fl-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof (Bniet), il-Belt Victoria;
  • Dun Mark Bonello (mix-Xagħra) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Mons. Salvu Vella, in-Nadur;
  • Dun Charles Buttigieg (mill-Qala) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja President Anton Buttigieg, il-Qala u fl-Istitut għat-Turiżmu, Kampus ta’ Għawdex (ITS), il-Qala;
  • Patri Peter Paul Cachia osa (mill-Ordni tal-Agostinjani) –f’Sir Michelangelo Refalo Institue for Further Education (Sixth Form), il-Belt Victoria;
  • il-Kan. Michael Galea (mix-Xagħra) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Patri Mattew Sultana, ix-Xagħra;
  • Dun Gabriel Gauci (minn Ta’ Kerċem) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Anton Cassar, Għajnsielem;
  • Dun Samuel Grech (minn Għajnsielem) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Sir Arturo Mercieca, il-Belt Victoria, waqt li jkompli l-ħidma tiegħu bħala Direttur spiritwali fis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria;
  • Dun Michael Grima (minn San Lawrenz) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Roża Magro, ix-Xewkija [minn Jannar 2024];
  • Dun Effie Masini (minn San Ġorġ, il-Belt Victoria) – fl-Iskola Primarja tal-Konservatorju tal-Isqof, il-Belt Victoria;
  • il-Kan. John Meilak (mill-Katidral, il-Belt Victoria) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Dun Salv Portelli, San Lawrenz;
  • il-Kan. John Muscat (minn Ta’ Sannat) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Monsinjur Giovanni Andrea Vella, iż-Żebbuġ;
  • Dun Vince Pavia (mill-Katidral, il-Belt Victoria) – fl-Iskola Primarja St Francis, il-Belt Victoria, waqt li jkompli l-ħidma tiegħu bħala Direttur spiritwali fl-MCAST, Għajnsielem;
  • Dun Alexander Refalo (mix-Xagħra) – Direttur Spiritwali għall-Ordni tal-Verġni;
  • Mons. Lawrenz Sciberras (minn Ta’ Sannat) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Professur Ġużè Aquilina u l-iSpecial Unit, Ta’ Sannat;
  • Mons. Trevor Sultana – Direttur Spiritwali fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Karmni Grima, l-Għarb;
  • il-Kan. Edward Vella (mill-Għarb) – fl-Iskola Primarja Laura Vicuna, l-Għasri;
  • il-Kan. Franklin Vella (mix-Xewkija) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Peter Paul Grech, u fl-Iskola Primarja Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Ta’ Kerċem.

Dawn il-ministeri ġodda fid-Djoċesi ta’ Għawdex jidħlu fis-seħħ nhar il-Ħamis 14 ta’ Settembru, Festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes. Huwa fid-dawl tal-imħabba, murija fil-misteru tas-Salib ta’ Kristu li kull ministeru jew servizz fi ħdan il-Knisja għandu jsib iċ-ċentru u l-milja tiegħu, waqt li jingħax bħala għotja u qadi għall-oħrajn.

Il-Knisja f’Għawdex tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha – saċerdoti u lajċi – li taw is-servizz tagħhom b’dedikazzjoni u impenn fil-ħidma li kienu qed ikopru sa dawn l-aħħar ġimgħat. Fuq kollox tirringrazzja lill-Missier għall-ġid kollu li sar permezz tagħhom u li minnu seta’ jgawdi l-Poplu ta’ Alla fdat f’idejhom.

Il-komunitajiet kollha huma mħeġġa sabiex matul dawn il-ġimgħat isir mument ta’ talb kemm fil-parroċċi u kemm fil-familji għal dawn ħutna, ħalli filwaqt li nsostnuhom u ngħinuhom bit-talb u l-għajnuna tagħna, il-Mulej Ġesù – li beda din l-opra tajba fihom – iwassalha sat-tmiem skont ix-xewqa tiegħu.