Lokali Qorti

“Mar biex taparsi jnaddaf il-Kunsill tal-Gżira u spiċċa naddaf aktar minn €4,000”

Raġel ta’ 36 sena mill-Floriana daħal ġewwa s-Sala ta’ Savoy fejn fil-preżent huwa okkupat mill-Kunsill Lokali tal-Gżira u meta xi ħadd mill-Kunsill Lokali staqsih x’kien qiegħed jagħmel hemm, qallu li kien intbagħat hemm biex inaddaf.

“Rittmar Hatherly vera mar hemm biex inaddaf il-post, imma t-tindif kien jikkonsisti f’€4,749.37ċ. fi flus kontanti u madwar €1,000 f’ċekkijiet,” qal l-Ispettur Shamus Woods li ressaq lir-raġel il-Qorti quddiem il-Maġistrat Nadine Lia.

L-Ispettur Woods qal lill-Qorti li kollox beda fit-30 ta’ Awwissu, meta daħal rapport għall-ħabta tat-3.20pm dwar serqa f’lukanda ġewwa San Ġiljan fejn xi ħadd kien daħal u seraq €60 fi flus kontant u żewġ tal-linja cards.,

Kompla li fit-3 ta’ Settembru daħal rapport ieħor l-Għassa għall-ħabta tad-9.20am minn skrivan tal-Kunsill Lokali tal-Gżira li kienet seħħet serqa mill-istess Kunsill. Dan meta insterqet kaxxa li fiha kien hemm aktar minn €4,000 fi flus kontanti nieqsa u numru ta’ ċekkijiet ta’ madwar €1,000.

Minn stħarriġ tas-CCTV’s li hemm fil-post u xhud li kien fuq il-post il-Pulizija waslet għall-akkużat fejn dan spiċċa wiċċ imb wiċċ ma’ persuna li qallu li kien hemm biex jagħmel xogħol ta’ fattiga. Hatherly qal lill-Qorti li mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih u li hu jaħdem bħala salesman imma dan l-aħħar ma kienx qed jaħdem għax fi kliem, “ma kienx qiegħed sew.” Wara l-investigazzjoni tal-Pulizija ħareġ mandat ta’ arrest, it-Tnejn. L-Avukat Luke Valletta li deher għall-akkużat li wieġeb mhux ħati għall-akkużżi miġjubin kontrih għamel talba għall-ħelsieb mill-arrest tal-klijent tiegħu li kienet oġġezzjonata mill-Ispettur Woods.

Id-difiża qalet li Hatherly għadu preżunt innoċenti, li għandha tiġa preservati l-filmati tas-CCTV’s, l-imputat żgur mhux se jħalli dawn il-Gżejjer u li hu qed jieħu ħsieb lill-ommu li hi pensjonanta.

L-Ispettur Woods qal li l-akkużat mhux affidaabbli, huwa reċidiv u għandu bżonn il-kura għax għandu problema serja ta’ droga fejn fil-fatt bejn il-bieraħ u matul ill-lejl kellu jiddaħħal darbtejn għall-methadone u għalhekk għandu bżonn jingħata l-għajnuna kollha possibbli. Barra minn hekk qal il-prosekutur huwa wettaq serqa minnhom minn faċċata tal-Għassa tal-Pulizija. Dwar li kollox jinsab preservat, qal li għad baqa’ xhud pajżan ferm importanti f’dan il-każ.

Il-Qorti f’dan l-istadju ċaħdet it-talba għall-pleġġ wara li rat il-fedina raffretatrja tal-imputat, qieset ukoll li mhux qed jaħdem, mhux affidabli, u teżisti biża ta’ intraċċ tal-provi u li għandu bżonn li jingġata l-għajjuna immedjata biex jindirzza l-problema tad-droga li għandu. Hi ordna li dan il-verbal jiġi kommunikat lid-direttur tal-ħabs biex jingħata l-għajnuna b’mod immedjat sabiex jindirizza l-problema.