Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 77 sena, residenti s-Siġġiewi, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti Ħal Qormi, u mutur Kymco misjuq mill-vittma.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.