Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara inċident f’Għawdex

L-isptar ġenerali ta' Għawdex

Raġel ta’ 27 sena, residenti s-Sannat, għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ dalgħodu, ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, ix-Xagħra.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 75 sena residenti r-Rabat, Għawdex, u mutur Honda misjuq mill-vittma.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.