It-tiratur Gianluca Chetcuti huwa r-rebbieħ tal-President’s Cup 2023 wara li fil-finali laqat 24 minn 25 plattina. Chetcuti spiċċa wkoll fl-ewwel post fi Klassi A fejn laqat 74 minn 75 plattina.
Fit-tieni post overall spiċċa Anglu Ciappara bi 23 minn 25 plattina filwaqt li Ryan Bugeja wkoll għamilha fuq il-podju meta laqat 20 + 2 shoot-off minn 25 plattina u spiċċa fit-tielet post.
Dan it-Trap Event kien jikkonsisti fi 3 rounds ta’ kwalifika, b’25 plattina l-wieħed u round ieħor minn tir wieħed.
Ir-riżultat finali tas-sitt finalisti kien dan:
Gianluca Chetcuti 24/25
Anglu Ciappara 23/25
Ryan Bugeja 20/25 +2 shoot-off
Jean Pierre Mifsud 20/25 +1 shoot-off
James Galea Jr. 19/25
Christian Farrugia 18/25
Ir-rebbieħa fil-klassi tagħhom kienu dawn:
Klassi A:
Gianluca Chetcuti 74/75
Anglu Ciappara 73/25
Ryan Bugeja 72/75
Klassi B:
Luke Cassar 67/75
Nicholas Carabott 66/75
Nazzareno Attard 65/75
Klassi C:
Hubert Baldacchino 64/75
Carmel Grech 58/75
Yana Grima 54/75
Il-kompetizzjoni Trap li jmiss hija t-Tazza Indipendenza li se ssir nhar il-festa tal-Indipendenza fil-21 ta’ Settembru fil-Malta National Shooting Ranges.
//= $special ?>