Lokali

Tinqaleb karozza f’Ħal Far

Għall-ħabta tat-3:00 inqalbet karozza fi Triq Ħal Far iżda għadu mhux konfermat kemm hemm nies involuti f’dan l-inċident.

Fil-post marru Pulizija, tim mediku kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassitu. Għadu mhux konfermat kif din il-karozza nqalbet.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Net News li t-triq tinsab magħluqa.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.