Ftit qabel nofsillejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, 73 membru tal-Forzi Armati u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili t-Tlieta telqu minn pajjiżna biex jgħinu lill-poplu Libjan li ntlaqat min għargħar katastrofiku kawża tal-maltempata Daniel.
Il-Maltin qed jivjaġġaw bil-baħar permezz tat-tieni l-akbar patrol boat tal-Forzi Armati, li fiha ukoll żewġ vetturi u anke dinghy biex jintużaw għas-salvataġġ. Huma għandhom vjaġġ ta’ 20 siegħa.
It-tim jinkludi 31 ħaddiem u infermiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, 12-il membru tal-Forzi Armati li jinkludu tobba u infermiera, u 30 suldat li joperaw il-patrol boat P61.
//= $special ?>