Lokali

Anzjana ssofri ġrieħi gravi wara li waqgħet f’bokka ta’ kantina f’ħanut f’Ħaż-Żabbar

Anzjana ta’ 74 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li lbierah għall-ħabta tat-3pm waqgħet f’bokka ta’ kantina f’ħanut fi Triq Misraħ is-Sliem, Ħaż-Żabbar.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku. Aktar tard ittieħdet l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.