Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Jonas Vingegaard jirbaħ is-16-il stadju ta’ La Vuelta

(Ritratt: EPA)

Wara ġurnata ta’ mistrieħ tkompla t-Tour ta’ Spanja ‘La Vuelta’ bis-sittax-il stadju fuq rotta ta’ 120.5 kilometri minn Lancres Playa sa Bejes.

Suċċess għad Daniż ta’ Jumbo Visma Jonas Vingegaard li temm f’ sagħtejn, 38 minuta u 23 sekonda.

Vantaġġ distakk ta’ 43 sekonda minn Finn Fisher Black tal-Awstralja għal UAE Team Emirates. Fit-tielet post b’distakk ta’ 49 sekonda daħal Wout Poels tal-Olanda għal Bahrain Victorious qabel l-Awstraljan ta’ Groupama Michael Storer b’distakk ta’ 55 sekonda.

Fil-klassifika ġenerali, baqa’ fl-ewwel post l-Amerikan ta’ Jumbo Visma Sepp Kuss b’ħin totali ta’ 57 siegħa, 18-il minuta u 10 sekondi fuq Jonas Vingegaard b’distakk ta’ 29 sekonda bi Primoz Roglic tas-Slovenja fit-tielet post b’distakk ta’ minuta u 33 sekonda.

Is-17-il stadju ta’ La Vuelta huwa bejn Ribadesella sa Altu de l’Angliru fuq medda ta’ 124.5 kilometri.