L-għaqda mhux governattiva, Malta Gay Rights Movement se tkun qed tibbenefika minn €270,000 b’risq il-komunità LGBTIQ+, liema fondi li jkunu qed jitqassmu fuq tliet snin għal proġetti varji.
Waqt l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, Colette Farrugia Bennett spjegat li se tkun qed tinbena dar bl-isem ta’ Qawsalla fejn persuni li jaqgħu taħt il-faxxa ta’ LGBTIQ+ u għal xi raġuni jew oħra jispiċċaw bla saqaf fuq rashom jew ikunu qed jgħixu f’ambjent tossiku, jingħataw dar u ħajja ġdida imdawwar b’persuni li jilqgħuhom.
L-għaqda taħdem bis-sħiħ favur dawn l-individwi billi tassigura li f’pajjiżna, kull persuna jkollha d-drittijiet kollha li jixirqilha u fejn hemm bżonn jaħdmu favur it-tibdil fil-liġijiet. Huma jagħtu sapport mhux biss lil persuni LGBTIQ+ iżda wkoll lil qraba tagħom.
MGRM taħdem favur l-inklużjoni għal kull individwu, b’impenn sħiħ lejn dawk f’minoranza.