F’ittra mibgħuta lill-Prim Ministru, diversi ġurnalisti nies li jaħdmu fix-xandir, akkademiċi, membri tas-soċjeta ċivili, u persuni li għandhom għal qalbhom id-dritt kostituzzjonali għall-espressjoni ħielsa, esprimew id-dizappunt tagħhom dwar in-nuqqas ta’ trasparenza li bih qiegħda ssir ir-riforma tal-midja.
Wara li l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia elenkat numru ta’ rakkomandazzjonijiet, il-Kumitat tal-Esperti dwar il-midja li oriġinarjament kien twaqqaf bħala parti mir-rakkomandazzjonijiet tal-Inkjesta Pubblika … beda l-proċess sabiex titwettaq waħda mir-rakkomandazzjonijiet li kienet għamlet din l-istess inkjesta.
L-istess Kumitat bagħat ir-rapport finali tiegħu lill-Prim Ministru f’Lulju li għadda – iżda s’issa l-Gvern għadu ma tħarikx.
Kien għalhekk illi permezz ta’ ittra uffiċjali – bosta kienu dawk illi talbu lil Robert Abela sabiex jippubblika r-rapport minnufih u li l-legiżlazzjoni li jkun se jagħmel jippubblikaha għal konsultazzjoni fil-forma ta’ White Paper. Dan bil-għan li kif kien mistenni, jissaħħaħ id-dritt fundamentali tal-libertà tal-espressjoni, il-ġurnalizmu ħieles, u l-parteċipazzjoni tad-djalogu pubbliku.
Il-Partit Nazzjonalista ilu mis-27 ta’ Lulju jappella lil Robert Abela sabiex jippubblika dan ir-rapport u rrakkomandazzjonijiet tal-Kumitat, u jistenna li l-Gvern jittrata ir-rapport b’mod “trasparenti u onest”. Is-sena l-oħra, il-Gvern imexxi minn Abela kien qala’ baraxx ta’ krirtika wara li prova jipproċedi b’riformi fix-xandir mingħajr konsultazzjoni. Tant li l-Gvern kellu jiritira u jitlob lill-membri tal-kumitat sabiex jagħmlu konsultazzjoni pubblika u jfasslu rapport ġdid
//= $special ?>