Mietu talanqas għaxra – b’għexieren jisfaw midruba – wara li nirien kbar infirxu madwar blokk ta’ apparatamenti fiċ-ċentru ta’ Hanoi, il-belt kapitali tal-Vjetnam.
It-traġedja kienet fost l-agħar għal snin f’Hanoi, bl-iskwadri għall-emerġenzi jirnexxilhom isalvaw xi 70 persuna mill-bini ta’ disa’ sulari għoli.
Sadanittant, l-awtoritajiet fil-kapitali qed jistennew li ċ-ċifra finali tal-vittmi għandha tiżdied b’mod sostanzjali ladarba jsiru l-kalkuli finali.
Il-ħidma għall-emerġenza fl-inħawi bħalissa qed tkompi u wara li n-nirien laħqu kienu kontrollati. Dan ukoll waqt li l-awtoritajiet f’Hanoi ammettew li ħafna mill-blokok tal-appartamenti li nbdew fl-aħħar snin fil-kapitali ma jissodisfawx ir-regoli tas-sigurtà stabbiliti.
//= $special ?>