Mara li ma kellhiex x’taqsam ma’ każ fil-Qorti ġiet mmultata €700 għal disprezz tal-qorti talli bdiet tgħajjat fl’awla tal-Maġistrat Yana Micallef Stafrace fejn l-għarus tal-ħabiba tagħha kien qed jiġi mixli bi traffikar ta’ cannabis.
Il-mara bilkemm setgħet iżżomm il-frustrazzjoni tagħha meta qamet kwistjoni dwar l-indirizz attwali attwali tal-akkużat wara li t-tfajla tiegħu li ilha toħroġ mal-akkużat għal dawn l-aħħar xahrejn kienet lesta li żżommu magħha fir-residenza tagħha Ħaż-Żabbar.
Anees Badroush, ċittadin Libjana ta’ 33 sena. L-ewwel kien ħa lill-pulizija f’indirizz tal-Belt Valletta, fejn allegatament kien joqgħod, imbagħad sostna li fil-fatt kien qed jgħix mat-tfajla tiegħu f’Ħaż-Żabbar. Dan ukoll meta l-Pulizija kellhom informazzjoni qabel li kien jgħix il-Ħamrun.
Huwa kien arrestat wara li allegatament qed jipprova jbigħ id-droga ħdejn il-funtana tat-Tritoni fil-Belt Valletta nhar it-Tnejn tal-ġimgħa lo għaddiet. Meta kien arrestat fil-pussess tiegħu nstabu 8.89 gramma cannabis.
Badroush wieġeb mhux ħati tat-traffikar tal-cannabis u tal-pussess tad-droga f’ċirkustanzi li juru li d-droga ma kinitx biss għall-użu personali tiegħu, pusses aggravat u l-fatt li kien qed iwettaq reat sa 100 metru minn skola jew post iffrekwentat miż-żgħażagħ. Huwa ġie mixli wkoll li kiser il-libertà proviżorja.
L-avukat tiegħu indika s-“sitwazzjoni anormali prevalenti f’dan il-pajjiż,” peress li l-pussess tal-cannabis kien ġie dekriminalizzat iżda xorta, ma kien hemm l-ebda ħwienet awtorizzati biex jixtru d-droga. Talba għal libertà proviżorja kienet oġġezzjonata mill-prosekuzzjoni fid-dawl tal-fatt li l-akkużat kien allegatament kiser kundizzjonijiet ta’ libertà proviżorja preċedenti u kien reċidiv.
Barra minn hekk, kien hemm dubju dwar l-indirizz attwali tiegħu. Fl-istqarrija tiegħu lill-pulizija huwa kien qal li kien jgħix mat-tfajla tiegħu f’Ħaż-Żabbar iżda meta ġie arrestat, l-ewwel akkumpanja lill-pulizija f’appartament fi Strada Stretta, il-Belt Valletta, qalu l-Ispetturi Mark Cremona u Gabriel Micallef.
Dak kien meta d-difiża rrimarkat li t-tfajla tal-akkużat kienet fl-awla u setgħet tikkonferma fejn kien qed joqgħod l-akkużat. Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace osservat li peress li l-mara kienet ilha bilqiegħda ġewwa l-awla, ix-xhieda tagħha kienet se tkun kompromessa.
Dan kien meta l-mara, bilqiegħda maġenb il-ħabiba tagħha, wara l-akkużat, għajjtet b’vuċi għolja, “Se tgħidilkom fejn jgħix!”, b’referenza għal dak li kienet lest tiddeponi l-ħabiba tagħha, li hija t-tfajla tal-akkużat.
Il-Maġistrat Micallef Stafrace mmultatha fil-pront €300 multa għal disprezz. Ftit tal-ħin wara l-mara reġgħet interrompiet u qalet li mhux minnu li kienet qed tgħajjat. “Il-multa €700 u jekk ma tħallasiex tispiċċa l-ħabs!” qalet il-maġistrat, filwaqt li rrimarkat li l-qorti ma kinitx “is-Suq tal-Belt” u li tali interruzzjonijiet kienu jammontaw għal disprezz.
Il-mara mbagħad b’mod tat isimha u l-karta tal-identità lid-deputat reġistratur tal-qorti, bil-Pulizija jgħidu lil mara biex toqgħod kwieta fl-awla. It-talba tiegħu għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda, bl-akkużat jiġi akkumpanjat mill-gwardjani tal-ħabs lejn il-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin.