Internazzjonali

Libja: jiżdied in-numru ta’ vittmi f’Derna

Telgħu għal 5,300 in-numru ta’ vittmi kaġun tal-maltempata Daniel, li laqtet il-port ta’ Derna fil-Libja.

10,000 persuna għadhom rappurtati nieqsa, hekk kif in-numri ta’ vittmi mistenni jkompli jiżdied.

Mohammed Qamaty, voluntier f’Derna qal li l-membri tas-salvataġġ għadhom qed jaħdmu kontinwament sabiex isibu aktar vittmi, waqt li żied japella biex dawk kollha li għandhom xi għarfien mediku jew li studjaw il-mediċina jagħtu l-għajnuna tagħhom, hekk kif hemm nuqqas kbir ta’ infermieri.

Intant, Malta ingħaqded ma’ diversi pajjiżi oħrajn li qed joffru l-għajnuna tagħhom lil-Libja.