Internazzjonali

Mara ta’ 47 tmut wara proċedura tal-liposuction f’klinika Russa

Il-Pulizija qed tinvestiga kif mara tilfet ħajjitha wara li saħħitha marret lura b’mod ‘katastrofiku’ jumejn wara li għamlet il-proċedura tal-liposuction f’klinika Russa. Anna Andrea, ta’ 47 sena, kellha x-xaħam imneħħi minn wiċċha, għonqha, mil-geddum, mis-sider, mis-stonku, minn ġenbha, mill-ġnub, daharha, u minn sieqa kollha fi proċedura waħda.

Waħda mill-aqwa kirurgu tal-plastik Russa Maria Burlova, il-kap tal-Klinika Abriell, wettqet l-operazzjoni f’San Pietruburgu, iżda issa tista’ taffaċċja l-ħabs.

Ir-raġel u bint il-vittma qalu li l-klinika ma nfurmawhomx li ttieħdet l-isptar tal-istat metażviluppaw kumplikazzjonijiet jumejn wara l-proċedura. Hija suspettata li sofriet attakk tal-qalb u nefħa fil-ġisem.

It-tifla tagħha Kira Fedora sostniet li ommha kienet pjanata li tagħmel facelift biss, u li hi kienet tkellmet magħha, kif ukoll mar-raġel u ma sħabha dwar il-proċedura li suppost kellha tagħmel.

Il-familja qed issostni li l-vittma ġiet sfurzata mill-klinika sabiex tagħmel il-liposuction ukoll apparti l-facelift. Huma sostnew ukoll li qabel il-proċedura il-vittma kienet għamlet ċertu testijiet sabiex tara s-saħħa ta’ qalba u li kienet kompletament b’saħħitha. Il-bint sostniet li bħala familja diġa fetħu każ il-Qorti kontra l-klinika.

F’riklam, il-kirurgu Maria Burlova sostniet li l-klinika hi l-aqwa fir-Russja, u li t-tim kliniku jwettaq sbuħija sħiħa, ġisem sħiħ f’proċedura waħda. Hi qalet ukoll li fil-klinika il-pazjenti jkollhom l-aqwa servizz u sapport matul il-ħin kollu li wieħed ikun fil-klinika.

Il-Kumitat Investigattiv tar-Russja qed twettaq l-investigazzjonijiet, filwaqt li sostniet li l-klinika hi suspettata li twettaq xogħol u tipprovdi servizzi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-sikurezza. Dan jista’ jwassal għal piena massima ta’ sitt snin ħabs talli kkawżat mewt b’negliġenza.